Partis Quaero
Welcome to partisquaero.com.    
      Register
Partis Quaero
58, Hospital Street, Valletta.
Home New Search / Updates Old Searches Tariffs Help & FAQ Contact Us

Ghaziz Nutar,

 

Il-kumpanija Partis Quaero Ltd giet maghzula sabiex tamministra is-sistema tad-Databank tar-Ricerki Nutarili li qed tigi krejata fuq inizjattiva tal-Kunsill Nutarili.

L-ideja wara din is-sistema hija li tigi krejata Databank kompluta ta’ ricerki Nutarili gja ezistenti, mis-sorsi kollha possibli, sabiex Nutar jkollu l-fakolta li jfittex, isib u jakkwista ricerka minn post wiehed bl-inqas sforz, hela ta’ hin, u spejjez possibli.

Biex isir dan gie deciz li nibbazaw ruhna fuq sistema ta’ partnership bejn il-Kunsill Nutarili nnfisu bhala supervisur u koordinatur, il-kumpanija Partis Quaero bhala l-operatrici tad-databank u d-distribwitrici tar-ricerki, u n-Nutar individwali fid-duplici rwol tieghu bhala kontributur ghad-databank u utent ta’ l-istess databank.

Konsegwentament, kull membru ta’ dan il-partnership ser jigi allokat persentagg tal-profitti ekwivalenti ghal-kontribuzzjoni tieghu cioe’, erbghin fil-mija (40%) lill-Kunsill Nutarili, erbghin fil-mija (40%) lill-kumpanija, u ghoxrin fil-mija (20%) lill-kull Nutar individwali.

Is-sistema ta’ ricerka ha tkun topera permezz ta’ website li ha tkun accessibli biss ghal-utenti registrati. Ta min jghid li ma hemm l-ebda charges sabiex wiehed jigi registrat u lanqas biex issir tfittxija online.

Il-website toffri zewg opzjonijiet ta’ ricerka:
1. Old Searches
2. New Searches & Updates.

1. Old Searches

Meta user jaghzel din l-opzjoni ta’ ricerka, ser jigu elenkati ir-ricerki gja ezistenti fid-databank u li jikkorrispondi mad-dettalji inputjati bhala search criteria. Din it-tip ta’ ricerka tista ssir sia By Person jew By Firm, kif ukoll By Development. Ir-ricerka by Development hija innovazzjoni introdotta minn din is-sistema bil-ghan li tiffacilita l-gbir tar-ricerki fil-kaz ta’ kuntratti li jinvolvu developments mdaqqsa.

Meta l-utent jidentifika r-ricerki li ghandu bzonn, jistgha jordna dawn ir-ricerki online u wara li l-kumpanija tirrisali ghar-ricerka rikjesta, tintbghat lura Confirmation E-mail. Il-gbir tar-ricerka ordnata, tista ssir direttament mill-ufficju tal-kumpanija, minn ufficju li qed jittranga mill-Kunsill Nutarili stess fi Strada Stretta, kif ukoll aktar il-quddiem, ir-ricerki jkunu jistghu jintbghatu b’mezzi elettronici mill-mument li in-noti li jiffurmaw id-Databanak ser jibdew jigu scanjati. Alternattivament, l-utent jista jkoll juzufruwixxi minn opzjoni ancellari li hija dik tad-Delivery fejn il-kumpanija qeghda tipprovdi servizz ta’ courier direttament ghal-indirizz ta’ min ikun ordna r-ricerka.

 

2. New Searches & Updates

It-tieni opzjoni ta tfittxija hija dik tan-New Searches & Updates fejn in-Nutar jinghata l-opportunita li jordna kwalunkwe ricerka relativa ghal persuna jew kumpanija bil-perjodi ta’ Transfers u Liabilities li jixtieq hu. Dan ifisser li anki jekk ir-ricerki li gja jezistu fid-database mhumiex sufficjenti sabiex jkopru l-perjodu komplut tar-ricerka, il-Kumpanija tinkariga ruhha li tottjeni din ir-ricerka kompleta minn diversi sorsi – liema sorsi jistghu jinkludu d-database nnifisha, banek, kumpaniji u l-istess Public Registry. Naturlament, il-perijodi u l-ispejjez jiddependu mis-sors u ghalhekk per ezempju, jekk jingiebu xi updates mil-Public Registry, flimkien ma old searches mid-databank, l-updates jigu maghmulin bhas-soltu fiz-zmien ta’ 10 t’ijiem, u l-ispejjez ghalihom ikun dejjem ta’ Lm1.24c kull nota, filwaqt li dawk in-noti li jkunu Old Searches, ikunu lesti fi zmien tlett ijiem u l-prezz ta’ dawn in-noti jkun dejjem inqas minn terz ta’ dak tal-Public Registry.

Jezistu ukoll diversi opzjonijiet ghan-nutar li jutilizza din it-tip ta’ ricerka, illi jaffetwaw kemm il-hin tal-gbir tar-ricerki kif ukoll l-korrispondenza bejn in-Nutar u l-kumpanija. Dawn l-opzjonijiet jwasslu sabiex in-Nutar jkun jista jaghmel ordni iktar immirata.

Il-Ftuh mill-gdid tal-arkivju tar-ricerki ta’ l-HSBC Bank p.l.c

L-HSBC kien kostrett minhabba running costs, risorsi umani, kif ukoll il-bzonn li jigu maghmulin xogholijiet wisq estensivi fis-sistema sabiex jigi zgurat li r-ricerki mislufin jerghu jigu ritornati lill-bank, li jittermina dan is-self ta’ ricerki li kien qed joffri lin-Nutar individwali. Pero, grazzi ghall-isforzi tal-Kunsill Nutarili, li mexxa fuq perijodu ta’ zmien, negozjati ma l-istess Bank sabiex dan is-servizz jkun jerga jista’ jinghata, nstabet soluzzjoni fejn il-Bank kien lest li jhalli dan is-self ta’ noti f-idejn l-Kunsill Nutarili sabiex il-Bank jevita l-problemi fuq imsemmija u l-Kunsill Nutarili ser jiehu karigu ta’ din ir-responsabilita tramite id-delegat tieghu Partis Quaero Limited, li ser jitghabbew bil-hlas, amministrazzjoni, distribuzzjoni u servizzi dovuti lill-Bank sabiex jigu mislufin dawn ir-ricerki mill-arkivju.

Il-Kontribut tan-Nutar individwali ghas-sistema

Nixtiequ nenfasizzaw illi din is-sistema tista tahdem biss jekk intom - membri tal-Kullegg Nutarili - tippartecipaw attivament billi tikkontribwixxu d-databases taghhkom ghal-din is-sistema. Fil-fatt, is-sistema kollha hi bbazata fuq l-idejal u t-tradizzjoni ta’ kollaborazzjoni bejn in-Nutara.

Sabiex d-database tan-Nutar tkun tista’ tigi nkorporata fid-databank, ikun hemm bzonn li jinghata indici tar-ricerki. Dan l-indici ghandu jinkludi certu dettalji u cioe’ fil kaz ta ricerka dwar:
Persuna č l-isem u l-kunjom tal-persuna, isem il-missier, post tat-twelied, u d-dati tat-trasferimenti u ipoteki.
Kumpanija č l-isem tal-kumpanija u d-dati tat-trasferimenti u ipoteki (jekk flimkien ma dawn id-dettalji jinghata ukoll in-numru tar-registrazzjoni tal-kumpanija, dan ikun jista jghin ghal-identifikazzjoni aktar korretta ta’ l-istess kumpanija)
Development č l-isem tad-development, l-indirizz tad-development, u r-ricerki inkorporati fl-istess development

Alternattivament jistghu jinghataw lill-kumpanija, kopji tal-front pages ta’ ricerki ufficjali illi awtomatikament jinkludu dawn id-dettalji.

 

First Contributed First Used

Fil-gbir ta’ dawn ir-ricerki, il-kumpanija tibbaza ruhha fuq il-principju li nsejhulu l-First Contributed First Used. B’dan il-principju, in-Nutar li jikkontribwixxi l-ewwel ricerki ta Persuna, Kumpanija jew Development u li tkopri perijodu partikolari, jinghata d-dritt li din ir-ricerka, hekk minnu kkontribwita, tigi utilizzata qabel kull ricerka ohra relativa ghall-istess persuna, kumpanija jew development, li tkopri l-istess perijodu u li tkun kkontribwita minn-Nutar iehor.

 

Model Example – Searches Joe Borg

 

 

F’dan l-ezempju allura in-Nutar A, li jkun ikkontribwixxa ricerka fuq Joe Borg l-ewwel, sejjer ikollu id-dritt ta preferenza fuq l-istess ricerka ghal-perijodu minn 1970 sa 1980, filwaqt li Nutar B ikollu d-dritt ta’ preferenza ghal-perijodu mill-1976 sa 2007. Ta’ min isemmi ukoll li ghalkemm il-kumpanija tista tiddeciedi li tigbor fizikament r-ricerki kollha minn Nutar B - per ezempju f’kaz ta’ ordni minn 1976 sat 2007, in Nutar A xorta ser jkollu dejjem persentagg ta 10% tal-profitti ghar-ricerka minn 1976 sa 1980; filwaqt li n-Nutar B jigi allokat 20% tal-profitti ta’ din l-ordni ghal-perijodu bejn in-1980 u 2007 u 10% tal-profitti ghal-perijodu min-1976 sa 1980.

Sabiex tigi salvagwardjata il-privatezza tan-Nutar kontribwent, l-kumpanija qeghda ukoll tobbliga ruha li tutilizza kwalunkwe informazzjoni moghtija minn-Nutar, specjalment l-indici fuq msemmi, ghal-iskop tad-database biss, u dejjem skond l-awtorizzazzjoni ta’ l-istess Nutar, moghti fis-service agreement konkluz bejn in-Nutar li jixtieq jippartecipa fis-sistema u Partis Quaero.

Nutar jista jikkontribwixxi id-database tieghu billi jikkomunika mal-kumpanija permezz tal-contact details li gejjin. Spjegazzjoni iktar ezawrjenti tas-sistema tista tinkiseb ukoll mill- istess website:

 

Partis Quaero Ltd

58, Hospital Street, Valletta

Tel: 21 221389

E-mail: partisquaero@yahoo.com

Website: www.partisquaero.com

L-indici deskritt qabel jista ukoll jintbaghat permezz ta’ E-mail u dan jigi inkorporat mill-ewwel fid-databank.

Is-sistema hija ukoll wahda dinamika u d-Databank tigi aggornata kontinwament. Ghaldaqstant nheggukhom sabiex tikkontribwixxu kwalunkwe ricerka gdida li tordnaw mir-Registru Publiku billi tifforwardjawna il-confirmation e-mail mibghuta lillkom mill-istess Registru.

Dejjem tieghek,

Partis Quaero Limited

© Copyright Partis Quaero Ltd. 2006